HIELSA
Bhal rixa bajdanija
nitmewweg mal-mewg
’il boghod minn imkien
fejn nista’ nkun jien.
Lehnek bhal gawwi
Jghajjatli ghal Hdejk
Ghajnejk passagg tieghi
Li jwassal biss Lejk.
Bhal werqa serena
nizfen fit-toroq
Johnoqni m’hemm xejn
Ghax ghelibt ’l-ghalfejn.
Ghintni, habbejtni,
Ghannaqtni, farragtni
Fil-boghod
Fil-vicin
Int mieghi f’kull hin.
Vuci wahda mar-rih
Noti ferrieha
Melodija hielsa
Ghax mieghi hemm Int.
Kull nifs li jien niehu
Zerriegha ta’ mhabba
Warda hielsa
Ghax Fik emmint.
|