IR-RIKLAMI

Source: On:Thu 29/06/2006 01:34 (699)



Il-mara u r-ragel qeghdin quddiem it-televizjoni jaraw film u dan jieqaf ghal –pawsa tar-riklami.

Il-mara :

Xxxxx…Iskot.

Isma dar-riklam

Ara sweet

Ma jhaxxinx dan il-gam.

Mit-televizjoni jinstema’ :

Trid izzomm l-figure?

Ghalik …SLIM-IS

No sugar, no fat

Ingredjenti puri biss.

Ixtri, ixtri,

Jaqbillek zgur,

Il-mera se turik,

Li bis-sbuhija tfur.

Il-mara :

Iva Noel

Ghada mmur nixtrih,

Daqshekk hobz bla toma,

Bil-gam se nimlih.

Ir-ragel minn taht l-ilsien :

Ahjar gejt riklam

Forsi kas tieghi tati.

Hi tixtri u taghmel

U l-but tieghi ibati.

Jasal riklam iehor u l-mara tghid…

Ara dan, Noel

Pakkett ma jhaxxinx

Ghada kaxxa nixtri

U bih ma nindimx.

Ir-ragel b’sarkazmu, jghidilha…

Moon light snacks

Tinfaqa’ bi ftit

U zgur,tiftah il-borza

Nofsu ssib.

Film bil-kwiet

Jien ma nistax nara

U int b’sunnara ma xufftejk

Tibla’ kollox bhal gbara.

Ara ahjar tpaxxi ftit lili

Ghax mhux il-but biss se jfalli,

Insomma, jien sejjer norqod

Ghax anki l-aptit tal-film marli.

Din marti ma nifhimiex

Tridha li ma jitradiha xejn

Imbaghad tixtri kull ma tara

Minghajr ma tahsibha darbtejn.

U kemm izeghel bija meta trid il-flus

Bil-kliem li tibda tghidli taghfasli l-fjus.

Wara li tkun hadet minni dak li trid

Tinsini u nerga nigi qisni l-ilmit.

Mulej ghini nifhem dawn in-nisa

Ghax drabi nhossni wisq mitluf

Inkella ibghatli erba riklami

Biex insib kaptu ta’ dawn it-truf.