|
|
Il-Mara Dejjem Mara ! |
| Source: On:Thu 29/06/2006 01:39 (700) |
|
|
|
IL-MARA DEJJEM MARA !
Il-mara:
L-ikel lest, qum minn hemm,
Hawn kollox se jsirli zibel,
Ir-ragel:
U xi nqum, gibli l-platt hawn,
Ghajjejt inqandel kantuni u gebel.
Il-mara :
Veru sibtha x-xorti mieghek,
Issa waitress gibtni wkoll,
Jien se niekol, xhin trid aqleb,
Bhalek kelli gurnata xoghol.
Ir-ragel :
U mur ara x’gurnata kellek,
Ma dik u l-ohra ssekksek biss,
Imbaghad xi soap opera, jista’ jonqos,
Nispera li sibt hin tghaddili qmis.
Il-mara:
Ja ingrat, tifel t’ommok
Lili gibt bicca ta’ l-art,
Ahjar bqajt maghha,skalda bhalek,
Narak biss jaqbadni l-bard.
Ir-ragel :
Mela idra ibda tghatta,
Ghax skalda se nibqa sa kemm immut,
Ejja gejja bil-paroli,
Gibli l-ikel jekk trid mill-but.
Il-mara :
Dak li ttini mhux bizzejjed
Affarijiet ghalija ma nixtri xejn
Insib xi hadd li b’rigali jimlini,
Mela lilek kollok dejn.
Ir-ragel:
Nahseb fuqi tonfoq kollox ?
Ili bl-istess hwejjeg mindu zewwigt,
Ara xi grali b’dik il-weghda,
Ghal hajti kollha iccewwict.
Kollok make-ups u hair-dressers,
Coffee mornings u hargiet,
U jien nitbaghal qisni l-iblah,
Kull gurnata naqla l-fwiet.
Ara jien sejjer il-barra,
Take-away malajr insib,
Issa mur sib ragel iehor
Biex il-flus ghalik iggib.
Il-mara :
Uwejja l’hawn fejn int sejjer,
Ara veru kummidjant
Ma tafx li ghalik jien insajjar
Biex nurik kemm jien djamant.
Ir-ragel:
Djamant hija tal-burdati,
Dak li jghammex sew l-ghajnejn,
L-ewwel taqbbad il-huggiega
imbaghad qisu xejn mhu xejn.
Il-mara:
Ha l-ikel, ghaziz tieghi,
Naqbad mieghek kont xi ftit,
Illum il-paga, ic-check gibtuli?
Ghax ili nistenna t-tigiega tbid.
Ir-ragel :
Ara z-zeghil meta niehdu
Meta jkolli l-flus fil-but
Wara li kun infaqtli kollox,
Tibda tixtieq li jien immut.
Il-mara :
Le hi, ma tafx xi spiza jkolli
Biex naghmillek it-tebut,
Ahjar niekol jiena minnek,
Milli jieklok dak id-dud.
|
|
|
|
|
|