RANCU S-SINDKU TAL-GRANCIJIET

Source:Natasha Turner On:Tue 13/09/2005 00:24 (736)



RANCU S-SINDKU TAL-GRANCIJIET

Dan il-ktieb, miktub mill-awtrici Natasha Turner, jikkonsisti fi stejjer interessanti hafna u edukattivi li jheggu t-tkattir tal-kitba u tal-qari .Il-karattru ta’ dan il-ktieb, li huwa granc bl-isem ta’ Rancu, jitghallem jaqra u jikteb u jibda jghallem il-kreaturi tad-dinja tal-bahar jaqraw u jiktbu ukoll. Filfatt , id-dinja tal-bahar tinbidel b’mod meraviljuz ghax kull kreatura tintebah kemm ghandha potenzjal fiha u tibda taghmel uzu fis-shih minnu u tohloq affarijiet sbieh.

Rancu jibda wkoll jikteb stejjer li ghandhom lkoll taghlima morali u jirrakonthom kemm lil shabu tal-bahar kif ukoll lit-tfal kollha tad-dinja. Huwa ktieb mimli kreattivita mill-bidu sa l-ahhar u ideali li jinqara mit-tfal kollha ta’ taht it-tlettax il-sena. Barra l-istejjer sbieh, l-awtrici tghallem kif wiehed ghandu jiehu hsieb hajtu u anki l-bahar, li huwa karatteristika importanti hafna tal-gzira taghna.

Il-ktieb li huwa ppublikat mill-BDL u qieghed ghal bejgh fil-hwienet ewlenin u minghand il-BDL stess.