Bil-Bahar f’Ghajnejja

Source: On:Mon 27/08/2007 06:06 (757)




Bil-Bahar f’Ghajnejja

Bil-bahar f’ghajnejja
U r-raxx f’imnifsejja
gismi jitmewweg
maz-zifna tal-hajja.
L-ispirtu fil-fond
jghum lejn l-orizzont;
fejn hemm
jien u hu
fl-onda flimkien
fil-bronja nistkennu
fuq il-hajja nitkellmu.
Jiftahli ghajnejja bhal missier
Biex ta’ dil-hajja ma nsirx ilsir.

Serena, titbennnen qalbi.
B’idejh miftuha jilqa’ talbi
Ghalkemm bil-hlewwa jfehemni
Li mhux kull talba tieghi ser isehh.

Bahar xwejjah b’spirtu zghazugh
Xaghru jibjad malli jasal mal-blat
‘ma s-sahha tieghu ma tintemm qatt
U bhalu jridni li dejjem inkun.


Ghalhekk
f’din is-socjeta mniggsa
Nghix bil-bahar f’ghajnejja
U ma kull sajjetta li tista titfghali int
Niehu minnha l-energija
U biha nroddlok lura d-dija,
Halli bhalu nibqa’ nkun
Qalb hielsa, spirtu pur.