Il-hajja mizzewga tfisser biss li kopja tghix flimkien u li jkollha famijla?
Is-socjeta, b’kull insituzzjoni li fiha, tipprova tghinna nikbru b’mod holistiku halli nkunu nafu niehdu decizzjonijiet tajbin u konstruttivi u b’hekk nkunu nistghu niffacjaw l-isfidi ta’ kuljum. Imma minkejja dan it-taghlim kollu,qed nigu preparati bizzejjed biex nghixu l- hajja mizzewga jew aktar mal-hajja qed tigi modernizzata, aktar qed issir socjeta individwalistika bir-rizultat li kulhadd qieghed jaqdef ghal rasu u jhossu mitluf?
Bil-pressjonijiet kbar li kull bniedem ghandu fuqu, bil-piz li jinhass fuq kull individwu ta’ kull eta , kull tip ta insituzzjoni qed tbati sahansitra anki dik tal-familja. Mhux biss minhabba problemi finazjarji u pressjonijiet ta studju u xoghol, imma l-aktar minhabba l-istat mentali u emozzjonali li l-individwu jkun jinsab fh. Ma nistghux ma nghidux li l-kopja ta’ llum qed issib ruhha fi krizijiet akbar minn qatt qabel.Kulhadd donnu tellieqa wahda ghal tigrija li ma tispicca qatt. U propju din it-tigrija ggib fuq il-kopja, ghejja mhux biss fizika imma mentali.Veru li kull kopja ikollhom thejjija qasira organizzata mill-kurja qabel ma jsir l-att taz-zwieg, imma din it-thejjija hija bizzejjed sabiex tghin lil kopja jghixu l-isfidi kollha li jistghu jiltaqghu maghhom fil-hajja mizzewwga?
Il-familja ghandha rwol importanti mmens fis-socjeta u ghalhekk ghandu jkun hemm iktar appogg socjali kemm ghal dawk li diga huma mizzewwgin ,imma hafna iktar ghal dawk li ghadhom ser jizzewgu. Kif jghid sew il-malti, bniedem avzat, nofsu armat ghalhekk il-kopja ghandha jkollha preparament tajjeb,profond u sod hafna kemm pikologiku kif ukoll spiritwali halli tkun konxja tar-responsabiltajiet, tas-sagrifficji u ta diversi komplikazzjonijiet li jistghu jinqalghu fil-hajja mizzewwga.Minghajr bazi soda, facli li z- zwieg jitkisser u forsi din hi propju r-raguni ghalfejn is-socjeta taghna qed tara hafna separazzjonijiet. Donnu qed nghixu f’era li malli wiehed xeba jew ma jiflahx iktar, isolvi l-problema billi jaghmel affarih jew item ir-relazzjoni. Assolutament din m’ghandha tkun qatt is-soluzzjoni gusta ghax kollox fil-hajja hu katina wahda u l-firda ggib iktar firda, bhalma l-ghaqda ggib maghha iktar ghaqda.
Qabel ma bniedem jiddeciedi li jizzewweg, ghandu jkun onest mieghu nnifsu u jara jekk hux qed jaghmel dan il-pass ghax veru jhobb is-sieheb jew siehba tieghu u li lest li jaffacja s-sagrifficji kollha li fiha l-hajja mizzewwga.Qed nghid dan, ghax sfortunatament, bosta jizzewgu ghal ragunijiet hziena, per ezempju, fost ohrajn, sabiex jitilqu mid-dar, jew inkella biex ma jhossuhomx li baqghu fuq l-ixkaffa, jew ghax irridu t-tfal jew ghax kellhom xi tip ta pressjoni mis-sieheb/siehba jew mill-membri tal-familja stess. Importanti hafna wkoll li l-bniedem ma jihux mieghu fiz-zwieg, trawmiet li seta kellu fil-passat li ghal raguni jew ohra, ma gewx ipprocessati u li ghalhekk baqghu fis-sub konxju tal-indivdwu. L-individwu jrid ikun konxju wkoll li wiehed isir jaf sew lil haddiehor meta jibda jghix mieghu/maghha u propju ghalhekk li jrid ikun hemm bazi qawwija ta mhabba u tal-valuri kollha necessarji halli jkun jista jeghleb xi differenzi jew xi karatteristici li l-individwu seta ma kiex jaf bihom. Qed nghid hekk ghax kinu bosta l-okkazzjonijiet fejn xi hadd mizzewwg stqarr li ra bidla drastika fis-sieheb/siehba wara z-zwieg.
Il-fiducja u r- rispett huma mhux biss importanti hafna imma kritici ghal kull tip ta relazzjoni.Ebda relazzjoni ma tista tghix minghajr dawn iz-zewg elementi ghalhekk, iktar milli il-kopja ghandha tinvesti l-energija kollha taghha fit-thejjijiet tat-tieg li huma hafna drabi ezawranti, ghandha tiffokka hafna fuq xulxin ghax it-tieg huwa ta’ darba meta z-zwieg huwa ghal dejjem. Qed nghid hekk ghax smajt b’hafna kopji li hassru ftit qabel jew ftit wara t-tieg. Dan ghalhiex l-istress kissirhom u ndunaw li ma kinux bizzejjed certi, b’sahhithom jew lesti sabiex jeghlbu l-kunflitti u l-problemi flimkien.
Bl-imhabba vera tirbah kollox ghalhekk l-individwu jrid ikun cert li jhobb genwinament kemm lilu nnifsu u kemm lil min ser jizewweg. Imhabba li ghandha tkun nadifa mill-ghira, mill-incertezzi,mil-bizghat u mill-kundizzjonijiet. Iktar informazzjoni u taghrif dwar dan u aspetti ohra rilatati mar-relazzjonijiet, jinsabu fil-ktieb tieghi RelationDips. Kull min jixtrih dirett minn ghandi,jiehu audio cd b’xejn li tista tinqarha wkoll fuq il-komputer, ta ktieb iehor minn tieghi li jismu Free Yourself and Live.
|