Minghajr il-kitba hajti tieqaf
Minn Daniela Attard Bezzina..ppublikata fuq l-Orizzont 27 April 2009
Hassejt li lil Natasha Turner kont nafha sew hafna qabel ma ltqajt maghha. Nibaghtu emails lil xulxin regolarment minhabba li hi tikteb fil-magazin li niehu hsieb jien, izda f’dawn l-emails spiss nispiççaw nitkellmu xi ftit ukoll dwar dak li jkun ghaddej fil-hajja personali taghna, u mhux dwar ix-xoghol biss. Iddeçidejt li naghmlilha intervista ghax hija kittieba tajba u prolifika u digà kellha diversi suççessi fil-karriera taghha minkejja li ghad ghandha 34 sena.
Meta kellha xi 13-il sena Natasha bdiet tikteb il-kliem tal-kanzunetti izda kienet izzommhom ghaliha u ma turihom lil hadd. Meta mbaghad bdiet tattendi s-Sixth Form, jum fost l-ohrajn waqt il-lezzjoni tal-Malti l-ghalliem, Mario Azzopardi, talab lill-istudenti biex jiktbu poezija ghall-ghada. Natasha kitbet wahda b’tema favur il-paçi u l-imhabba u kontra l-gwerer. Lil Mario ghogbitu u qal lil Natasha li xtaq jara aktar poeziji minghandha. It-tfajla ghamlet il-qalb u kompliet tikteb. Darba wahda wriet poeizja ohra minn taghha lil ghalliem iehor, Saviour Seisun, u tghidx kemm ferhet meta fuqha kitbilha, “Fik hemm il-poezija.” Fil-kitba tal-poeziji Natasha sabet l-izvog gdid taghha.
Kif spjegatli, “Meta kont tifla kont nitghallem il-pjanu. Dak kien l-izvog tieghi, li bih kont ninsa l-problemi li kelli. Ghax dak iz-zmien jien kont nigi bullied kuljum billi kont hoxna. Hbieb ma kellix u s-self-esteem tieghi kien baxx hafna. Fl-iskola sekondarja rribellajt. Involvejt ruhi fl-isport, inqast fil-piz u weghedt lili nnifsi li minn hemm ‘il quddiem ma kont se nhalli lil hadd iweggaghni u ma kont se nittollera l-ebda tip ta’ abbuz. Fil-kitba tal-poezija sibt zvog gdid. Hemm sibt id-dinja tieghi, fejn hadd ma jmerini u fejn jien ninnamra mal-kitba.”
L-Università Natasha ghazlet li tistudja l-psikologija, f’attentat biex issib twegiba ghall-mistoqsijiet li kienet qed tfittex. Fir-realtà mhux talli ma sabitx twegibiet, talli sabet mistoqsijiet godda. Ghalhekk irrassenjat ruhha li tipprova taççetta dak li ma tistax tbiddel. Wara li ggradwat, xtaqet tuza dak li studjat biex jekk jista’ jkun ma thalli lil hadd jghaddi minn dak li ghaddiet minnu hi meta kienet ghadha zghira. Ghaldaqstant iddeçidiet li tibda tghallem is-suggett tal-PSD, kif filfatt ghamlet ghal dawn l-ahhar 12-il sena.
Natasha dejjem ghallmet fi skejjel sekondarji tas-subien. Illum hija ssostni li mhux l-Università ta’ Malta ghallmitha kif tkun ghalliema izda l-università tal-hajja u l-istudenti taghha, partikolarment dawk tal-iskola Lorenzo Manchè tal-Floriana. “Minnhom tghallimt hafna,” qaltli Natasha. “Anzi, aktar milli ghallimt lilhom ghallmuni huma. Il-bidu kien diffiçli imma mbaghad bdejt nara rispett kbir min-naha tal-istudenti ghax urejthom li nhobbhom genwinament.”
Sadanittant Natasha baqghet ghaddejja bil-kitba tal-poeziji. Meta kellha 19-il sena hadet sehem f’konkors tal-letteratura u l-arti organizzat mill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh u rebhet il-kategorija tal-poezija. Minn hemm ‘il quddiem ipparteçipat f’aktar konkors tal-poezija u rebhet uhud minnhom ukoll izda mbaghad gie zmien meta hasset li l-poezija kienet saret ghaziza wisq ghaliha biex tibqa’ tikkompeti biha.
Meta kienet tghallem fl-iskola Lorenzo Manchè, l-Assistent Kap, Gwido Borg, hajjar lil Natasha biex johorgu ktieb ta’ poeziji flimkien. Ir-rispons tal-pubbliku ghal dan il-ktieb – Bejn in-Narratur u n-Narrata – kien kbir hafna, tant li xi sitt xhur wara Natasha harget ktieb iehor ta’ poeziji, din id-darba bl-isem NEIJ-“Jien”.
“Hawnhekk nixtieq insemmi lil Gorg Peresso, li kont nurih il-poeziji tieghi qabel nippubblikahom biex jaghtini parir dwarhom. Huwa gheni u ggwidani hafna. Kien, ghadu u jibqa’ ispirazzjoni ghalija u ghandi stima kbira lejh,” qaltli Natasha.
Xi snin wara li bdiet tgœallem il-PSD, Natasha hasset li kien hawn nuqqas ta’ rizorsi biex jigi mghallem dan is-suggett u l-kotba li kien hawn kienu fil-parti l-kbira taghhom barranin. Ghalhekk Natasha ddeçidiet li zzewweg l-imhabba taghha ghall-kitba u ghas-suggett tal-PSD billi tohrog ktieb dwar dan is-suggett. Il-ktieb, “Kun Int”, gie ppubblikat fl-2004 u hu mmirat lejn tfal ta’ bejn seba’ snin u tnax-il sena. Fost affarijiet ohra, il-ktieb jaghti pariri dwar kif it-tfal jirrispettaw lilhom infushom, jevitaw kull tip ta’ bullying u abbuz, jiffaççjaw problemi bhal separazzjoni tal-genituri u jzommu ‘l boghod mill-periklu.
Wara li hareg dan il-ktieb, Natasha bdiet tikteb artikli psiko-soçjali bl-Ingliz u kien hemm min talabha biex tigborhom fi ktieb. Filfatt hija harget il-ktieb “Free yourslf and live”, li hu mmirat lejn l-adulti. Dan il-ktieb hu mahsub biex min jaqrah jeghleb l-inçertezzi, il-bizghat u d-dubji li jkollu jew, fi kliem Natasha, “johrog mill-habs li jkun pogga lilu nnifsu fih u jghix hajtu b’mod shih.”
Wara s-suççess ta’ dan il-ktieb, Natasha ddeçidiet li tohrog sequel ghalih, bl-Ingliz ukoll, izda din id-darba dwar ir-relazzjonijiet. “Relation Dips” jaghti pariri dwar kif fl-imhabba tevita perçezzjonijiet foloz u kull tip ta’ abbuz, speçjalment dak emozzjonali u mentali.
Natasha kompliet tghidli li l-esperjenza ta’ “Kun Int” urietha li hi kapaçi tikteb stejjer ghat-tfal. Ghalhekk bdiet tuza l-fantasija taghha biex tikteb dan it-tip ta’ stejjer u harget il-ktieb “Rançu s-sindku tal-grançijiet” – gabra ta’ stejjer dwar l-istess karattru, b’messagg morali u edukattiv li jghin fl-izvilupp personali tat-tfal. Is-sequel ta’ dan il-ktieb huwa “Sperillu”, li se johrog dalwaqt.
Wiehed mill-aktar kotba riçenti ta’ Natasha huwa “X’irrid” li gie ppubblikat is-sena li ghaddiet. Filwaqt li “Kun Int” kien immirat lejn tfal tal-iskola primarja, “X’irrid” huwa mahsub ghal studenti tal-iskola sekondarja. Kif qaltli Natasha, l-età tal-iskola sekondarja hija zmien ta’ kunflitti u krizijiet fejn wiehed façli jaqbad triq hazina jew ma jibqax jemmen fih innifsu. Fil-ktieb Natasha uzat kazijiet reali u fittizji biex il-qarrejja jassimilaw ruhhom mal-karattri deskritti u ma jhossuhom wahedhom quddiem il-problemi taghhom.
Dan l-ahhar Natasha esperimentat bil-kitba ta’ rumanz, li dalwat jigi ppubblikat u li se jkun jismu “Id-Debba tax-Xitan”. Ir-rumanz hu ambjentat fi zmienna u jitratta dwar mara li baqghet tfittex l-imhabba akkost ta’ kollox.
Daqs erba’ snin ilu Natasha regghet bdiet tikteb il-lirika tal-kanzunetti u b’hekk irritornat fejn bdiet, bid-differenza li issa qed tikteb ghal haddiehor u mhux ghaliha nnifisha. F’din il-linja l-awtriçi rebhet diversi premjijiet, fosthom dak ta’ Best Writer fil-Golden Cross International Song Festival tal-2007. Ghalkemm tikteb kull generu ta’ lirika, hafna mill-kanzunetti taghha ghandhom messagg soçjali. Filfatt wahda mill-aktar kanzunetti ghal qalbha mill-pinna taghha stess hija “Kieku tawni çans”, li titratta kontra l-abort u li giet it-tielet f’konkors fi programm televiziv lokali.
Natasha tikteb ukoll scripts ghat-teatru. L-ahhar progett taghha f’dan ir-rigward kien “Ir-Re tal-Gungla”, li ttella’ s-sena li ghaddiet mill-istudenti tal-iskola sekondarja tal-Imtarfa. Natasha hija kburija hafna b’dawn l-istudenti, li tellghu spettaklu sabih u professjonali.
Minkejja kollox, l-akbar imhabba ta’ Natasha tibqa’ l-poezija. Kif qaltli b’mod poetiku ghall-ahhar, “Il-poezija ghalija hija bzonn psikologiku, emozzjonali u spiritwali. Il-poezija tieghi tohrog f’kull zifna li nizfen, f’kull silta li nikteb u f’dak kollu li hu passjonali ghalija.”
“Izda l-isbah zewg poeziji tieghi huma wliedi Damon u Niki, li jaghtu sens lil hajti u huma l-motivazzjoni, l-energija u l-muza tieghi f’dak kollu li naghmel. Huma li jaghmluni dak li jien,” kompliet Natasha. Hija esprimiet l-apprezzament taghha wkoll ghal dak kollu li jaghmlu maghha missierha Norman Vella, kunsillier fil-kunsill lokali ta’ San Giljan, ohtha Norma, li hi avukatessa, u ommha Carmen li hi mara tad-dar u li “mnalla kienet hi biex stajna nkomplu l-karriera taghna.”
Natasha ziedet tghidli li l-aghar zmien ghaliha jkun meta jkollha “writer’s block”, jigifieri meta ma jkollhiex ispirazzjoni biex tikteb. “Nibda nitlob ‘l Alla biex johrogni minnha ghax minghajr il-kitba hajti tieqaf. L-ikel ghal mohhi hu l-kitba, l-ikel ghal qalbi hu l-familja u l-hbieb tal-qalb, u l-ikel ghall-ispirtu tieghi hu Gesù. Fid-dlam kollu tal-hajja dejjem hemm Hu li jhobbni bla kundizzjonijiet. Hu jzommni kalma, serena u fil-paçi mieghi nnifsi. Meta tmut l-ispiritwalità fija, jieqaf kollox.”
|