Table of contentsJAHASRA MALTA Int lewza morra mlaqqma bi tnehida biex taghti frotta barranija. Surtek u t-toghma biddilt ma’ kull tilqima. Art xotta ghax Pierot waqaf jibki u Pulcinella jidhak bla jaf il-ghala. Imma l-qamar baqa’ jghanni l-istorja, u l-istilel madwaru, b’kor mutu, jghannu mieghu. L-gherien ukoll waqfu widnejhom biex jisimghu lehen il-passat f’diwi mas-swar, ‘imma l-hemda tal-lejl inkisret bil-lehen tal-prezent . . . . . . . . . . . . tieghi u tieghek. Bil-mikrofonu f’idejna biex forsi ninstemghu bl-eku nghajtu li ma rridux nibqghu nghixu fl-gholjiet ta’ skart. It-Torri ta’ Babel waqa’ ghax hadd ma fehem lill hadd. Imma l-qamar baqa’ jghanni lehen il-passat. Slide 11 Natasha Turner Vella twieldet San Giljan fl-1974. Studjat fl-Università ta' Malta fejn ghamlet B.A. fil-Lingwi u l-Psikologija u wara hadet il-P.G.C.E. fil-P.S.E (Personal and Social Education). Fost l-iktar oqsma importanti f'hajjitha Natasha tqis it-taghlim u l-kitba. Hija tifforma parti mill-Ghaqda Letterarja Maltija u l-Ghaqda Poeti Maltin. Xi xoghlijiet minn taghha gew ippublikati kemm fil-gabriet ta' poeziji ta’ l-Ghaqda Letterarja Maltija kif ukoll mill-Inizjamed. Turner tikteb ukoll xi kotba ghal-livell primarju, ma' kumpanija privata, waqt li xi artikli taghha dwar is-sugget li tghallem u li hi tant temmen fih, jidhru fuq l-Internet. Natasha Turner giet maghzula minn Vienna biex tirrapprezenta lil Malta bhala kittieba, u dan l-ahhar, pajjiz iehor li ha interess fiha kien il-Macedonia fejn se jtella’ xi xoghol teatrali li kitbet hi. Turner tikteb ukoll il-lirika ghal kanzunetti kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz. pubblikazzjonijiet Slide 14 |
Author: Natasha Turner E-mail: nuturner@maltanet.net Homepage: http://www.tashaturner.com/ |